Ħamest irġiel arrestati wara rejds fil-Marsa u l-Ħamrun

Ħamest irġiel ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess tad-droga.
Dan wara spezzjonijiet fl-inħawi tal-Marsa u l-Ħamrun f’ħidma konġunta bejn il-Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-droga, mill-iskwadra tal-Immigrazzjoni, mill-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit u kif ukoll mill-Pulizija distrettwali.
Tlieta mill-irġiel huma Maltin u tnejn minnhom Libjani.
Huma nstabu fil-pussess ta’ droga, b’sustanzi suspettati kokaina, raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis u eroina waqt tfittxija li saret fi Pjazza San Pawl fil-Ħamrun.
Intant twettqu vertifikazzjonijiet ta’ dokumenti ta’ immigranti biex jiġi żgurat li dawn jinsabu f’Malta b’mod regolari.
Id-dokumenti kollha se jiġu vverifikati biex jitneħħa kull dubju  li jista jkun hemm xi falsifikazzjoni.
Waqt dawn l-Ispezzjonijiet kienu mwaqqfa ukoll, tmien persuni li nstabu jikkunsmaw alkoħol f’post pubbliku.