Ħamest ijiem qabel il-Milied ġurnata xita bla waqfien

Triq tal-Barrani - Facebook - Malta Roads Traffic Update

Matul il-ġurnata tal-Ħadd it-temp fil-Gżejjer Maltin kien imsaħħab bix-xita. Matul il-jum diversi lokalitajiet intlaqtu minn xita qawwija. F’filmat li ttella’ fuq il-paġna Malta Roads Traffic Updates juri Triq tal-Barrani fiż-Żejtun mgħerrqa. Din mhux l-ewwel darba li għerqet din it-triq hekk kif fil-maltempata ta’ Settembru li għadda l-istess triq għerqet.

Ir-riħ illum kien mix-Xlokk il-Lvant forza li niżel għall-forza 4, forza 3 mix-Xlokk mal-jum. L-ogħla temperatura llum kienet ta’ 18°C filwaqt li l-inqas mistennija tkun ta’ 14°C.

Ara kif mistenni jkun it-temp matul din il-ġimgħa

It-temp għal għada mistenni jkun b’possibilità ta’ maltempata bir-ragħad, ir-riħ mistenni jkun mill-Lvant, il-Grigal forza tlieta għal erbgħa. L-ogħla tempreratura mistennija tkun 19°C u l-inqas 14°C.

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru, mistennija ħalbiet tax-xita bir-riħ mill-Grigal forza 3 għal 4 li jinżel għat-Tramuntana l-Grigal forza 2 għal 3.

L-Erbgħa mistenni jkun ftit imsaħħab bir-riħ mill-Majjistral forza 3 għal 4. Lejliet il-Milied mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi bir-riħ Punent Majjisitru forza 3 għal 4.

Fil-jum tal-Milied it-temp mistenni jkun xemxi bl-ogħla temperatura mistennija tkun 18°C u l-inqas 14°C. Ir-riħ mistenni jkun mill-Punent forza 3 għal 4 li jdur għal Punent Majjistru forza 4.

Fil-lokalità tiegħek għamlet xita?

Ibagħtilna ritratt jew filmat fuq info@newsbook.com.mt