Ħames żgħażagħ akkużati li serqu Somalu

Ħames żgħażagħ tressqu l-Qorti akkużati li sawtu u serqu Somalu.
Tliet irġiel Franċiżi, Belġjan u Żvizzera ngħataw sentenza sospiża wara li ammettew li weġġgħu gravi Somalu, li serqulu l-kartiera li kien fiha €1,200 kif ukoll mowbajl li jiswa €500.
Il-każ seħħ nhar il-Ħamis filgħaxija f'Paceville.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ikkundannathom għal sentenza ta' 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.