Ħames t’itfal tilfu ħajjithom wara nirien f’dar fi Franza

Ħames t’itfal tilfu ħajjithom wara nirien li nfirxu minn dar fit-Tramuntana ta’ Franza.

In-nar kien rappurtat madwar mija u tletin kilometru fil-Grigal ta’ Pariġi u jidher li kien ikkawżat aċċidentalment.

Uffiċċjali sostnew li missier it-tfal kien ukoll fil-bini, iżda rnexxilu jsalva billi sofra xi ġrieħi ħfief.

Fil-jum tas-Sibt, tlett itfal inqatlu u tlettax oħra ndarbu f’nirien f’Pariġi, iżda din id-darba, n-nar inbeda min-nies li huma suspettati kriminali.