Ħames studenti jnaqqxu isimhom fid-Dean’s List tal-Fakultà tal-Arti

L-24 edizzjoni sponsorjata mill-Bank of Valletta

Read in English.

Raffaello Bezzina, Christabelle Borg, Abigail Deguara, Joseph Tong u Michela Vella naqqxu isimhom fid-Dean’s List ta’ din is-sena fi ħdan il-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta.

Id-Dean’s List hija rikonoxximent ta’ eċċellenza b’rekwiżiti stretti ħafna. Din l-24 edizzjoni kienet appoġġata mill-Bank of Valletta li sponsorjaw kull edizzjoni mill-bidu tagħha.

L-istudenti ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv mid-Dekan tal-Fakultà Dominic Fenech u donazzjoni monetarja minn Claudette Pace, Manager fi ħdan il-Bank of Valletta.

“Li tidħol fid-Dean’s List jitqies bħala unur ogħla minn Grad ta’ l-Ewwel Klassi’, qal il-Prof Fenech. “Il-kriterji biex tidħol fil-lista huma stretti ħafna, bl-istudenti jeħtieġu li jiksbu Grad ‘A’ f’mill-inqas 80 credit fl-ewwel sentejn tal-kors, għalhekk m’hemm l-ebda spazju għal tnikkir u mbagħad tirkupra aktar tard.”

“Għall-ewwel darba, għandna tliet studenti, Raffaello, Christabelle u Abigail, li kienu qed jistudjaw l-istess suġġett, il-Malti, ma’ Joseph jistudja l-Ispanjol u Michela bil-Lingwistika,” kompla d-Dekan tal-Fakultà.

“Huwa unur għalina li niċċelebraw is-suċċess u x-xogħol iebes ta’ dawn l-istudenti,” qalet Claudette Pace. “Fil-Bank of Valletta aħna kburin li nappoġġjaw premju li jippromwovi livell daqshekk għoli ta’ eċċellenza. Aħna nemmnu bis-sħiħ li l-investiment tagħna fl-edukazzjoni, se jagħti ritorn akbar lis-soċjetà tagħna fil-futur.”

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).