Ħames persuni maqtula fil-ġlied li reġa’ beda f’Gaża

Ħames persuni nqatlu waqt l-attakki mill-ajru li twettqu mill-Iżraeljani fuq Gaża.
L-attakki reġgħu bdew wara li l-militanti Palestinjani baqgħu jisparaw ir-rokits fuq Iżrael.
Il-ġlied imdemmi bejn Iżrael u l-Palestinjani reġa’ beda wara tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied.
It-tensjoni fost il-Palestinjani qed tinħass mhux biss f’Gaża imma wkoll fix-Xatt tal-Punent fejn ġew irrappurtati xi rvellijiet u s-suldati Iżraeljani qatlu żewġ dimostranti.
Aktar minn 1,900 persuna nqatlu waqt il-ġlied li issa ilu għaddej mill-bidu ta’ Lulju.