Ħames persuni l-isptar wara inċident fil-Mellieħa

Ħames persuni kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Aħrax tal-Mellieħa. L-inċident seħħ illejla għal ħabta tas-7pm.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ li miegħu kellu żewġ passiġġieri rġiel wieħed ta’ 33 sena mill-Imsida u ieħor ta’ 37 sena minn Ħaż-Żabbar kellu mpatt ma’ karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena mill-Fgura. Fil-karozza misjuqa miż-żagħżugħ kien hemm tliet passiġġieri oħra, żagħżugħ ta’ 18-il sena u tifel ta’ 15-il sena t-tnejn li huma minn Naxxar u ġuvni ta’ 17-il sena minn San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq ta’ 19-il sena u l-passiġġiera kollha li kien hemm miegħu flimkien mar-raġel ta’ 33 sena mill-Imsida ittieħdu l-isptar b’ambulanza li ssejħet fuq il-post. Il-kundizzjoni medika tagħhom għadha mhux magħrufa.
Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police