Ħames persuni jmutu wara li ġġarraf ajruplan fil-Portugall

Ħames persuni mietu wara li ajruplan żgħir iġġarraf f’żona residenzjali f’Lisbona,fil-Portugall.
L-ajruplan iġġarraf biswit supermarket wara li telaq mill-ajurport ta’ Tires fuq titjitra lejn Marseilles fi Franza.
L-erba’ persuni abbord mietu kollha.
Magħhom mietet persuna oħra li kienet fi trakk li qabad hekk kif waqa’ l-ajruplan.