Ħames patrijiet attakkati fi Vjenna

Ħames patrijiet ġew attakkati minn żewġ persuni fi knisja fi Vjenna skont il-Pulizija.

Skont il-Pulizija ta’ Vjenna, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 pm fil-knisja ta’ Marija Immakulata. Il-ħames patrijiet weġġgħu fl-inċident, wieħed minnhom b’mod gravi. Skont rapporti fil-midja internazzjonali, wieħed mill-persuni li attakkaw lill-patrijiet kellhu arma tan-nar, però ma ġewx sparati tiri.

Il-Pulizija għadha ma tafx għalfejn seħħ dan l-attakk. Iż-żewġ persuni għadhom ma nstabux.