Ħames nomini biex jimtela’ post Joe Cassar

Saż-żmien provdut għan-nominazzjonijiet, ħames kandidati tefgħu n-nomina tagħhom għall-elezzjoni każwali biex jieħdu post l-eks-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar fil-Parlament.
Il-persuni li tefgħu n-nomina tagħhom huma Anthony (Tony) Abela, Rudolph Grima, Peter Micallef, Philip Mifsud u David Vassallo.
Nhar it-Tnejn fid-9.00 ta’ filgħodu se jibda l-voti fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.