Ħames miljuni mistennija jattendu l-Kanonizazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II

Madwar ħames miljun persuna mistennija jmorru Ruma għall-Kanonizazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II.
Il-Kanonizazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II se ssir il-Ħadd 27 t’ April, jiġifieri ġimgħa wara li l-Knisja Kattolika se tkun qed tiċċelebra l-Għid il-Kbir.
Uħud mill-pellegrini mistennija jibdew jaslu Ruma sa anke minn jum il-Ġimgħa l-Kbira, b’85% tal-lukandi diġa huma bbukjati għaż-żmien tal-Kanonizazzjoni.
Diversi Taljani se jkunu qed iqattgħu tmiem il-ġimgħa f’Ruma hekk kif se jieħdu vantaġġ mill-vaganza nazzjonali tal-25 t’April meta l-Italja tiċċelebra l-ħelsien mill-faxxiżmu.
Sorsi mill-Vatikan qalu li jista’ jagħti l-każ li ċ-ċifra jista’ jkun li hi esaġerata hekk kif il-pellegrini li mistennija jattendu l-Kanonizazzjoni aktar hi ta’ madwar 1.5 miljun persuna.
Hu rrappurtat li se jkun hemm 10,000 siġġu riservat għall-mistiedna distinti filwaqt li mhux se jkun bżonn biljetti biex wieħed jidħol fi Pjazza San Pietru.
Ta’ min jgħid li lejliet il-Kanonizazzjoni se jkun hemm lejl ta’ talb.