Ħames Maltin arrestati fuq droga f’Għawdex

Ħames persuni llum ġew arrestati mill-pulizija ta' Għawdex wara sejba ta' dak li hu maħsub li hija droga kannabis.

L-erbat irġiel u mara kienu arrestati għal ħabta ta' nofsinhar f'farmhouse fi Triq tas-Sruġ fix-Xagħra.

Il-weraq tal-kannabis instabu moħbijin waqt tfittxija li saret fl-istess farmhouse.

Il-ħames persuni għandhom bejn it-18 u s-27 sena u joqogħdu San Pawl il-Baħar, is-Swieqi u Pembroke.