Ħames logħbiet taċ-Champions League fuq Canale 5

Canale 5 se jkun qed ixandar ħames logħbiet taċ-Champions League matul Awwissu. Tnejn minn dawn mistennija li joħolqu bosta interess għal min isegwi dawn il-logħbiet għax dawn se jkunu jissieltu erba’ timijiet kbar.

L-ewwel logħba murija se tkun dik bejn Juventus u t-tim Franċiż ta’ Lyons li tintwera fis-7 ta’ Awwissu. L-għada nassistu għal dik bejn Barcelona u Napoli fit-8 tax-xahar.

L-ewwel logħba bejn dawn it-timijiet kienet spiċċat 1-0 favur il-Franċiżi waqt li Napoli jilgħabu fil-Camp Nou wara li spiċċaw draw 1-1 mat-tim Spanjol. It-tim Taljan l-ieħor fil-kompetizzjoni, Atalanta, li diġà għaddew għar-round li jmiss, se jilagħbu kontra Paris Saint Germain fit-12 ta’ Awwissu.

Il-ħames logħbiet taċ-Champions League 2019/2020 fuq Canale 5 huma dawn:

Il-Ġimgħa 7 ta ’ Awwissu Juventus-Lyons

Is-Sibt 8 ta ’ Awwissu Barcelona-Napoli

Bejn it-12 u l-15 ta’ Awwissu logħba mill-kwarti tal-finali.

Bejn it-18 u 19 ta’ Awwissu logħba tas- semifinali

Il-Ħadd 23 ta’ Awwissu ikun hemm il-logħba tal-finali.

Ma’ dawn trid tiżdied il-logħba tal-finali tas-Super Cup Ewropea fl-24 ta’ Settembru, fejn se tilgħab dik bejn ir-rebbieħ taċ-Champions League kontra  r-rebbieħa tal-Europa League.