Ħames kumpaniji interessati fil-bini ta’ junction fil-Kappara

Ħames kumpaniji tefgħu l-offerta tagħhom għall-bini ta’ junction fil-Kappara.
It-tender għal dan l-iżvilupp kien ħareġ f’Settembru li għadda u għalaq ilbieraħ.
Transport Malta rċeviet l-offerti ta’ Kappa JV, SJ Kappara JV, Tirrena Scavi, K7JV u Pons PST Malta JV.
Ix-xogħlijiet fuq dan l-iżvilupp, li se jsiru permezz tal-għajnuna tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, huma immirati biex tonqos il-problema tat-traffiku fil-Kappara.
Ix-xogħlijiet mistennija li jibdew wara li jintemm il-proċess tal-aġġudikazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti u wara li jintemmu x-xogħlijiet fi Triq il-Kosta.