Ħames koppji jinżammu arrestati b’serq f’Tas-Sliema

13-il persuna dalgħodu tressqu l-Qorti mixlija b’serq u involviment f’ċirku organizzat tal-kriminalità.
Ħamest irġiel u tmien nisa ta’ nazzjonalità Bulgara li kienu arrestati nhar il-Ħamis fuq serq f’Tas-Sliema inżammu arrestati wara li kienu akkużat li serqu aktar minn €13,000
L-età tal-akkużati tvarja bejn il-21 u 33 sena.
Huma kienu arrestati wara ġranet ta’ osservazzjoni mill-Pulizija, fejn hekk kif inqabdu instabu fil-pussess ta’ ammont kbir tal-flus u mowbajls li kienu ġew irrappurtati nieqsa.
Fil-Qorti il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit semgħet dwar kif il-maġġoranza tal-akkużati huma koppji u li magħhom kellhom erbat tifal.
Id-difiża, għalkemm m’appellatx għall-ħelsien mill-arrest, talbet lill-Qorti biex il-koppji li għandhom it-tfal hawn Malta jitħallew jitkellmu ma’ uliedhom li l-età tagħhom tvarja bejn erba’ u sitt snin u biex dawn jinżammu taħt il-kura tal-Appoġġ sakemm il-qraba tagħhom jiġu Malta biex jieħduhom magħhom il-Bulgarija.