Ħames klabbs Ingliżi interessati fi Chris Smalling

Ħames klabbs min-naħa ta' isfel tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra jinsabu interessati fid-difensur ta' Manchester United, Chris Smalling. West Bromwich Albion ilhom isegwu l-progress ta' dan il-player għal ċertu żmien, iżda issa fit-taqtiegħa biex jakkwistawh daħlu wkoll Burnley, Leicester City, Crystal Palace u Stoke City. Jidher li dan il-player ftit li xejn se jkun qed jingħata ċans mal-ewwel 11 tar-Red Devils minn Jose Mourinho u għalhekk qed jiġi ndikat lilu li jkun aħjar għalih li jfittex klabb ieħor jekk jixtieq jilgħab iktar b'mod regolari. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isports, agħfas hawnhekk.