Ħames attakki bl-aċtu f’Londra, adolexxenti arrestat

Żewġ persuni fuq mutur ilbieraħ filgħaxija attakkaw ħames persuni bl-aċtu f’Londra. Kollox seħħ f’temp ta’ 90 minuta.
Il-Pulizija Ingliża qalet li wieħed mill-vittmi qed jissielet għall-ħajtu.
Aktar tard, wieħed mis-suspettati, ġie arrestat, talli xeħet l-aċtu fuq wiċċ persuna u seraqlu l-karozza.
Dawn it-tip ta’ attakki f’Londra kull ma jmur qed jiżdiedu.