Hamburger Steak bil-basal u l-gravy

steak

Ingredjenti

450g kapuljat taċ-ċanga

1 bajda

50g frak tal-ħobż tal-pakkett

nofs kuċċarina trab tat-tewm

1 kuċċarina Worcestershire sauce

1 kuċċarina żejt

130g basal imqatta’ rqiq

2 mgħaref dqiq

1 kikkra brodu taċ-ċanga

mgħarfa sherry (jekk trid)

bzar u melħ

Metodu

Ħallat flimkien l-ikkapuljat, il-bajda, il-frak tal-ħobż, it-trab tat-tewm, il-bżar u l-melħ u l-Worcestershire sauce. Ifforma 8 pulpetti.

F’taġen kbir aqli l-pulpetti fiż-żejt mal-basal sakemm jieħdu kulur kannella sabiħ, madwar 4 minuti. Neħħi mit-taġen u ħalli għas-sħana fuq platt.

Fl-istess taġen itfa’ d-dqiq mal-likwidu tat-tisjir tal-ikkapuljat u l-basal. Ħawwad b’furketta. Ftit ftit ferragħ l-brodu u x-sherry. Ħawwar bil-bżar u l-melħ u saħħan fuq nar moderat sakemm it-taħlita teħxien. Naqqas in-nar, poġġi l-pulpetti fit-taġen, għatti b’għatu u sajjar fuq nar baxx ħafna għal 15-il minuta.