Hamburg SV relegati għall-ewwel darba

Rebħa ta’ 2-1 kontra Borussia Monchengladbach swiet għalxejn hekk kif f’partita oħra Wolfsburg għelbu lil Cologne bl-iskor ta’ 4-1.
Filwaqt li Wolfsburg għadhom jistgħu jsalvaw permezz tal-playoff, Hamburg ma kellhomx l-istess fortuna hekk kif it-tim safa relegat għall-ewwel darba minn meta l-Bundesliga twaqqfet fl-1963.
Uħud mill-partitarji tat-tim waddbu flares fil-grawnd sabiex jesprimu r-rabja tagħhom u dan wassal għall-intervent tal-Pulizija.
Hamburg SV marru fil-vantaġġ permezz ta’ Aaron Hunt u kabbru l-iskor b’xutt tal-eks plejer ta’ Tottenham u Fulham Lewis Holtby.
Madanakollu, dak li kien qiegħed iseħħ fil-Volkswagen Arena bejn Wolfsburg u Cologne qered għal kollox it-tamiet ta’ Hamburg SV.