Halloween: Tilbes ta’ vittma tal-maratona ta’ Boston

Tfajla mill-istat ta’ Michigan fl-Istati Uniti għamlet ċajta goffa għall-Halloween hekk kif bħala kostum libset ta’ waħda mill-vittmi tal-isplużjoni ta’ April li għadda waqt il-maratona ta’ Boston.

Alicia Ann Lynch ta’ 22 sena poġġiet ir-ritratt kontroversjali tagħha fuq Twitter u Instagram.

Għal-lejl tal-31 ta’ Ottubru, Alicia libset xorts u flokk u għamlet id-demm ma’ wiċċha u saqajha, taparsi weġġgħet fl-isplużjoni.

Waqt dik l-isplużjoni kienu mietu tliet persuni, fosthom tifel ta’ tminn snin.