Halloween: Polemika dwar il-kostum ta’ Bin Laden

Baqa’ xahar għall-Halloween u fl-Istati Uniti diġà qamet polemika dwar il-kostumi.  Websajts bħal Wallmart u Amazon diġà ppubblikaw l-offerti tagħhom.

Minbarra s-soltu kostumi tal-eroj u persunaġġi tal-komiks, hemm ukoll il-kostum ta’ Osama Bin Laden.

L-istampi tal-kostum tal-eks mexxej tal-Al Qaeda qajmu furur u l-Koalizzjoni Sikh, li taħdem favur id-drittijiet tan-nies b’dan it-twemmin, talbet li jitneħħa minnufih il-kostum ta’ Bin Laden.

Skont il-Koalizzjoni, dan il-kostum jittimbra b’mod negattiv lin-nies bit-turban u d-daqna u jwassal ukoll għall-vjolenza.