Halloween b’missjoni differenti

Iż-Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) organizzaw Trick or Treat fis-skiet billi ġabru ikel b'risq it-tfal tal-Crèche tal-Orsolini.
Minkejja li nhar is-Sibt it-temp ma ppermettiex, iż-żgħażagħ ma qatgħux qalbhom u f'inqas minn 150 minuta ġabru aktar minn 300kg ta’ ikel.
Il-Crèche tal-Orsolini għandhom disat idjar mifruxin madwar Malta li fihom jieħdu ħsieb minn trabi sa tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom minħabba problemi u diffikultajiet.
Dawk kollha li jixtiequ jagħtu xi bottijiet tal-ikel jistgħu jagħmlu kuntatt ma' din l-organizzazjoni fuq 99 203 815.