“Ħalliha lil ommi tibqa’ ħajja f’moħħi biss” – Mrs Bonello

Joe Borg u Marvic Cordina

Illejla jkompli mill-ġdid Iż-Żagħka fuq l-istazzjon Net fit-8.30pm.

Fis-sittax-il puntata li se titwassal illejla se teħodna dirett f’ras il-għajn, meta Mrs.Bonello u Spiru se jkomplu bid-diskussjonijiet tagħhom fuq ħajjithom it-tnejn. Spiru jrid jibqa’ fil-kantina tad-dar akkost ta’ kollox.

Jerġgħu jibdew ir-rakkonti tat-tifkiriet dwar Bianca u dawk kollha li kienu jgħixu madwarha. Clara, tmur għall-għarrieda fid-dar ta’ Angela, fejn bħalissa hemm Sina ma’ Bianca. Iżda la Bianca u lanqas Angela ma jkunu hemm.

L-investigazzjonijiet dwar il-mewt ta’ Ineż Grech, ikomplu…. U l-ispettur Edgar Debono, jerġa’ jaffronta ta’ bla ħsieb lill-istess Clara.

Antida tinħasad bi kbir, appena tidħol fil-kamra tal-banju.

X’sabet Mrs.Bonello? X’wassal lil Lara u Spiru biex imorru jkellmu lil Kurt fl-istazzjon tar-radju?



Iż-Żagħka għandu kitba ta’ Desier Debono.