Read in English.
Raġel ta’ 28 sena minn Ta’ Sliema nżamm arrestat wara li dalgħodu deher quddiem il-Qorti, akkużat b’serq u li kkawża ġrieħi gravi. Huwa wkoll reċediv.
Fis-16 ta’ Ġunju r-raġel seraq €70 minn cash register flimkien ma’ oġġetti oħra minn ħanut fl-Imsida. Huwa jinsab akkużat li mbotta lil raġel ieħor li kien fuq ix-xena, ipprova jaħrab u tah daqqiet b’oġġett.
L-akkużat daħal fit-tieni ħanut fejn prova jisraq ukoll iżda l-għajjat għall-għajnuna ta’ ħaddiema tal-ħanut wasslu għal attenzjoni immedjata mill-pulizija li kienu fl-inħawi. Il-pulizija segwew lir-raġel u qabduh ftit wara.
Ir-raġel ma għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest iżda talab li jingħata l-kura biex jindirizza l-problema tad-droga.