Ħalliel jipprova jisraq minn ħanut f’San Pawl…l-impjegat jittieħed l-isptar

Żagħżugħ ta’ 23 sena minn San Ġwann sofra ġrieħi ħfief waqt attentat ta’ serqa minn ħanut tal-logħob f’San Pawl il-Baħar. 
L-attentat sar illum għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq il-Mosta. 
Skont il-Pulizija, l-impjegat kien fil-ħanut u daħal raġel b’wiċċu mgħammad, heddu u staqsa għall-flus kontanti. 
Jidher li l-ħalliel heddu b'allegat arma tan-nar u meta l-impjegat irrifjuta jtih il-flus, il-ħalliel ħebb għalih. 
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr flus. L-impjegat ittieħed l-isptar għall-kura. 
Il-Pulizija bdiet tinvestiga l-każ anke billi teżamina l-filmati tal-kameras tas-sigurtà li hemm fl-akwati.