Ħalliel jhedded lil impjegata b’sikkina biex tagħtih il-flus

Serqa f'Tas-Sliema

Ilbieraħ seħħet serqa minn ħanut f’Tas-Sliema, meta ħalliel hedded lill-impjegata, żagħżugħa, b’sikkina biex tagħtih il-flus.

Is-serqa ġrat fi Triq Rodolfu fis-7.30pm.

Raġel armat b’sikkina daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata, żagħżugħa ta’ 23 sena, biex tagħtih il-flus.

Hi tathomlu u hu ħarab minn fuq il-post. Ħadd ma weġġa’ f’dan ir-reat, imma l-ħalliel għadu maħrub.

Il-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema għadha qed tinvestiga l-każ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn