Ħalliel jaħrab lejn Malta; jaċċetta estradizzjoni

Kellu permess ta' residenza.

Read in English.

Raġel Ungeriż ta l-kunsens tiegħu biex jintbagħat lura pajjiżu, wara li kien ħarab wara li nstab ħati ta’ serq.

Ir-raġel, ta’ 60 sena, ġie arrestat nhar l-Erbgħa. Kien ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew f’Settembru tal-2018. Il-mandat inħareġ mill-Qorti Reġjonali ta’ Budapest. Hu kellu permess ta’ residenza f’Malta, u kien qed jgħix il-Ħamrun.

Hu kien se jiskonta 4 snin ħabs meta ħarab mill-pajjiż u ġie Malta. Talba għall-estradizzjoni nħarġet mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi, u ta l-kunsens biex imur lura. Hu tpoġġa taħt kustodja sakemm jiġi estradit.

L-Ispettur Mark Galea mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Joseph Bonnici deher għall-Ungeriż.