Ħalliel iwaqqa’ mara fil-Ħamrun waqt li seraqha

Ħalliel waqqa’ mara ta’ 56 sena waqt li seraqha fil-Ħamrun.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 am fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Il-ħalliel ħataf oġġett minn id il-mara u bil-konsegwenza ta’ dan waqgħet mal-art. Il-mara rrifjutat l-assistenza medika.