Ħalliel armat jitlob il-flus mingħand żagħżugħ f’Bormla

CMRU

Ħalliel mgħammad armat b’arma bil-ponta daħal f’ħanut f’Bormla u talab il-flus mingħand il-kaxxier li għandu 19-il sena.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-allegat serqa għall-3.45pm. Il-ħanut jinsab fi Triq Dom Mintoff.

Il-ħalliel seraq ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.