Ħalli sena biex tmur f’ristorant li għadu jiftaħ

Kok Ingliż Jason Atherton imħarreġ minn Gordon Ramsay jissuġġerixxi li wieħed għandu jistenna li ristorant ikun ilu sena li fetaħ, qabel ma jippruvaħ. Dan sabiex jagħti ċans lir-ristorant jistabbilixxi ruħu, jsir jaf lill-kljenti tiegħu u jrabbi naqra kunfidenza.

Apparti minn dan, meta wieħed jordna ikel għall-kamra tiegħek f’lukanda, ikel li wieħed jaħseb li mhux se jieħu wisq ħin, spiss jispiċċa jieħu iktar ħin milli mistenni. Dan għaliex il-persuna li tkun qed isservi l-ikel ikolla diversi ordnijiet minn diversi kmamar.

Biex tiġi evitata din l-istennija, l-istess kok jissuġġerixxi li wieħed m’għandux jordna l-ikel tiegħu f’“hot box”. B’hekk, meta l-kċina tlesti l-ikel li wieħed ikun ordna, l-ikel ikollu jiġi servut mill-ewwel, u b’hekk jieħu prijorità fuq oħrajn.

Il-kok Ingliż Jason Atherton, għandu imperu ta’ ristoranti, fosthom ristoranti li rebħu “Michelin-stars”.