Ħalli s-17 ta’ Mejju vojta

Fis-17 ta’ Mejju, fis-6.30pm fl-iskola tal-Immakulata Kunċizjoni f’Ħal Tarxien, iċ-Church Schools Children’s Fund se jkun qed jorganizza kunċert bl-isem ta’ Church School in Concert.

Dan il-kunċert se jkun qed jittella’ bil-għan li jiġbor fondi għal dan il-fond. Il-fond kien ikkreat ftit tas-snin ilu mill-ħaddiema soċjali fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija. L-għan ta’ dan il-fond hu li joffru sapport lill-istudenti u l-familji tagħhom li jgħaddu minn diffikultajiet finanzjarji, emozzjonali u anke soċjali. Din is-sena il-fond ħa diversi proġetti sasbiex ikun jista’ jaħdem iktar mat-tfal u żgħażagħ. F’dan il-kunċert se jkunu qed jipparteċipaw diversi korijiet u gruppi ta’ żfin minn diversi skejjel tal-Knisja.

Kull min jixtieq jattendi għal dan il-kunċert jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook, iċempel fuq 79790060 jew jibgħat email fuq info.cscf01@gmail.com.