“Ħalli l-mużika tiggwidak” – Glenn lil Celine

Awguri lill-kantanta Celine Agius li llum qed tiċċelebra għeluq is-26 sena tagħha. Il-kantant li rajna fil-kompetizzjoni tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta twieldet bħal-lum , il-15 ta’ Ġunju tal-1994.

Fost il-bosta messaġġi li waslulha hemm dak tal-ħabib tagħha, u mużiċist Glenn Sacco li fost affarijiet oħra ħeġġiġha biex tkompli miexja ‘l quddiem, ikunu xi jkunu iċ-ċirkostanzi.

“Int tal-għaġeb u unika,” kompla jiktbilha waqt li enfasizza biex ma tħallix l-ibbuljar ikissrulha l-karriera tagħha.

“In-nies jgħiru għalik għax int mimlija talent,” qalilha waqt li żied li hi għandha tħalli l-mużika tiggwidaha.

Awguri Celine!