Ħallelin jisirqu dwal tal-Milied minn siġra f’Għawdex

Ray Grech

Il-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem irrapporta li d-dwal tal-Milied li kienu qed iżejnu siġra fuq l-għolja ta’ Għar Ilma ġew misruqa. Dan “l-att vandalu” ħalla lis-siġra f’dalma totali.

F’messaġġ fuq Facebook, il-Kunsill Lokali qal li s-serqa saret nhar l-Erbgħa u ddeskriviha bħala “att vandalu”. Il-Kunsill Lokali kompla jgħid li att bħal dan kien wieħed tal-mistħija, speċjalment meta wieħed iqis il-ħin li proġett bħal dan ħa lill-kunsill.

Kull min għandu informazzjoni dwar il-każ qed jintalab jgħaddi l-informazzjoni lill-kunsill jew inkella jagħmel rapport mal-Pulizija.

Ghadu kemm sar att vandalu gewwa Santa Lucija fejn insterqu numru ta' bozoz mis-sigra tal-Milied ta' fuq l-gholja t'Ghar…

Posted by Ta Kercem Gozo LC on Wednesday, December 5, 2018