“Ħallejtna wisq kmieni”, sħab Darren Borg maħsudin bil-mewt tiegħu

Għadd ta’ persuni ħallew noti u kummenti ta’ dieqa dwar Darren Borg, ir-raġel ta’ 29 sena minn San Ġwann li dalgħodu tilef ħajtu traġikament mal-irdum tal-Imtaħleb.

Kienu membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li tellgħu lir-raġel mill-baħar wara li għal xi raġuni waqa’ meta kien qed jistad fl-inħawi ta’ Għar id-Dwieb.

Sħab Darren Borg huma maħsudin bit-telfa tiegħu, b’ħabib minnhom jikteb hekk: “se nħoss ħafna n-nuqqas tiegħek ħabib. Kelli jkun l-akbar delizzju tiegħek li jifridna”.

Alan Saliba, ħabib ta’ Darren mit-tfulija kiteb: “Ħallejtna wisq kmieni”. Saliba qal li hu flimkien ma’ Darren għaddew minn bosta memorji sbieħ fit-tfulija li dejjem kienu jġedduhom fil-festa ta Santa Liena. Huwa talab biex il-Mulej jagħti s-sabar lill-familja tiegħu.