Ħallas xkora qamħ biex ittaffi l-kriżi tal-ġuħ fis-Sudan t’Isfel

Is-Sudan t’Isfel iddikjara uffiċjalment kriżi ta’ nuqqas ta’ ikel wara ħames snin ta’ gwerra ċivili u nuqqas ta’ xita.
Din qed tkun meqjusa bħala l-agħar kriżi li s-Sudan t’Isfel qed jiffaċċja. Bħalissa, madwar miljun tifel u tifla qed ibatu l-ġuħ f’dan il-pajjiż u 250,000 minnhom għandhom bżonn assistenza immedjata,
Lulju, l-aktar xahar sħun tas-sena, madwar 5.5 miljun persuna huma mhedda bil-ġuħ, bil-kriżi qed taffettwa madwar 40% tal-popolazzjoni.
L-Isqfijiet tas-Sudan t’Isfel qed jappellaw lill-komunità internazzjonali biex tagħti l-għajnuna tagħha u ttaffi l-problema li qed thedded lill-pajjiż kollu hemm hu.
Aid to the Church in Need laqgħet din it-talba u qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti l-għajnuna tiegħu.
Il-fergħa tal-Aid to the Church in Need f’Malta qed tilqa’ donazzjonijiet biex tgħin lil dan il-pajjiż.
B’kollox hemm bżonn €125,000 biex ikunu jistgħu jitqassmu xkejjer ta’ qamħ. Kull xkora tiswa €65.
Id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-ACN Malta, 39b Mdina Road Attard ATD 9038 jew inkella fuq il-kont tal-Bank tal-APS 20001771733.