Ħallas bl-aktar mod faċli b’BOV Pay

Read in English.

Il-futur tal-ħlasijiet qiegħed hawn bis-saħħa tal-BOV Pay, l-aħħar innovazzjoni teknoloġika mill-Bank of Valletta li tippermetti lill-klijenti jagħmlu ħlasijiet fil-ħwienet bil-mobile tagħhom. Dan il-mod ġdid ta’ ħlas ifisser li l-klijenti m’għandhomx għalfejn iġorru aktar magħhom il-flus kontanti jew il-kards tagħhom – jistgħu sempliċement iħallsu bl-ismartphone jew bl-ismartwatch tagħhom.

Biex jibdew jużaw dan il-metodu ġdid ta’ ħlas, il-klijenti jistgħu sempliċement iniżżlu l-app BOV Pay mill-Google Play Store fl-ismartphone tagħhom attivat bl-NFC, u mbagħad jirreġistraw u jżidu waħda jew aktar mill-karti tal-kreditu jew tad-debitu BOV Visa tagħhom. Huwa tassew daqshekk sempliċi. Fil-ħanut ikun hemm bżonn biss li ma jħallux l-ismartphone tagħhom illokkjat u jqegħduh fuq il-magna tal-POS, u l-ħlas isir.

Huwa konvenjenti?

Il-ħlasijiet bil-mobile ma jeħtiġux li l-klijenti jdaħħlu l-PIN peress li huma diġà jkunu ġew awtentikati meta ma jħallux l-ismartphone tagħhom illokkjat. Dan b’mod effettiv iħaffef il-ħin li bih isiru l-pagamenti, u jnaqqas ħafna l-ħin ta’ stennija. Il-ħlasijiet jistgħu jsiru permezz ta’ diversi karti tal-kreditu jew tad-debitu BOV Visa sempliċement billi tagħżel il-kard preferuta tiegħek permezz tal-app BOV Pay stess.

Huwa sikur?

Il-moble irid ikun ‘awake’ jew mhux illokkjat biex ikunu jistgħu jsiru l-pagamenti, għalhekk il-klijenti se jgawdu l-istess livell ta’ protezzjoni li għandhom fuq il-mowbajl tagħhom.

“Bl-aċċettazzjoni tal-cards fil-ħwienet dejjem tiżdied, BOV Pay effettivament telimina l-ħtieġa li persuna ġġorr kartiera mimlija b’kards differenti tal-BOV, billi l-kartiera diġitali tinħoloq direttament permezz tal-app,” qal Franco Xuereb, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking fil-Bank of Valletta. “Il-mowbajl huwa parti integrali mill-istil ta’ ħajja tagħna llum, u għalhekk il-fatt li qed inżidu l-faċilità tal-pagamenti fuq l-apparat li ħafna ma jitilqux mid-dar mingħajru, huwa sempliċement avvanz naturali.”

“Dawk li għandhom arloġġi Garmin attivati bil-Garmin PayTM jistgħu wkoll japplowdjaw il-kards BOV Visa tagħhom permezz tal-app Garmin ConnectTMu jagħmlu l-pagamenti permezz tal-arloġġ Garmin tagħhom,” kompla s-Sur Xuereb, “Dalwaqt se nkunu qed inniedu wkoll dan is-servizz fuq pjattaformi ewlenin oħra. Ftakru biss li meta tkun sejrin tixtru mill-ħwienet, dejjem żommu l-mowbajl u l-arloġġ iċċarġjati!”

Aktar tagħrif dwar dan il-metodu innovattiv u konvenjenti ta’ ħlas jista’ jinkiseb mis-sit tal-BOV.

Dan il-kontenut huwa mwassal mill-Bank of Valletta