Ħallas bil-marka ta’ subgħajk

Kumpanija internazzjonali nhediet kartolina bankarja ġdida li ma jkollix bżonn il-pin number.
Minflok, il-persuna li tkun qed tħallas bil-card tuża l-marka tas-swaba tagħha.
B’hekk il-konsumaturi jkunu qed iqattgħu inqas ħin meta jkunu qed iħallsu.
Il-kumpanija Norveġiża qalet li din it-teknoloġija ġdida tkun ta’ għajnuna, speċjalment għal dawk l-anzjani li għadhom jiktbu n-numru sigriet fuq biċċa karta, li jista’ jwassal għal serq.
Fl-Ingilterra, dawn il-kartolini ġodda għadhom qed jiġu ppruvati, u l-banek għad iridu jaraw jekk il-klijenti tagħhom ikunux iridu jużaw dan is-servizz ġdid.