Ħalla l-fortuna kollha tiegħu għall-karità

L-attur Kirk Douglas ħalal l-fortuna kollha tiegħu għall-karità. B’kollox hemm $60 miljun li qed jissemmew li se jitqassmu lis-St Lawrence University, is-Sinai Temple of Los Angeles, il-Kirk Douglas Theatre u ċ-Children’s Hospital Los Angeles.

L-attur ta’ 103 snin miet nhar il-5 ta’ Frar u ndifen jumejn wara. Martu għadha ħajja u tgħodd 102 snin.

Kirk Douglas kien magħruf kemm kien jgħin għaqdiet ta’ benefiċenza tul is-snin.

Jingħad li l-wirt li ħalla jieħu ħsieb is-sigurtà ta’ marta Anne Budyens iżda ma’ ħalla xejn lit-tlett uliedu, fosthom l-attur Michael Douglas li għandu fortuna li tlaħħaq it-$300 miljun.