Ħalib Milbona rtirat mis-suq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li l-ħalib parżjalment xkumat tad-ditta Milbona qed jiġi rtirat mis-suq mill-produtturi. Il-kumpanija li tipproduċi dan il-ħalib qalet li l-prodott jista’ jkun fih trċċi mikrobijoloġiċi li m’humiex konformi mal-istandards.

Id-data tal-iskadenza hija mill-14-15 ta’ Ottubru 2019 u mit-18-20 ta’ Ottubru 2019.

Apparti dan l-irtirar volontarju, il-kumpanija ħeġġet lill-konsumaturi li xtraw dan il-prodott biex jirritornawh lura f’xi ħanut ta’ Lidl Malta biex jingħataw il-flus lura. Intqal li m’hemmx għalfejn li wieħed juri l-irċevuta għaliex il-flus lura jingħataw xorta.

Għal aktar dettalji wieħed jista’ jċempel lil Lidl Malta fuq 8006 2777.