Filmat: “Haley hija tassew ta’ eżempju għal kull min irid jirnexxi” – Julia Farrugia Portelli

Haley Bugeja 2nd Goal vs Napoli

𝐀𝐍𝐎𝐓𝐇𝐄𝐑 𝐇𝐀𝐋𝐄𝐘 𝐁𝐔𝐆𝐄𝐉𝐀 𝐆𝐎𝐀𝐋! The Malta 🇲🇹 women forward has scored a second for U.S. Sassuolo before being subbed to cap a spectacular 🇮🇹 Serie A Femminile debut. #MalteseAbroad

Posted by MFA Women's Football on Saturday, September 5, 2020

Kliem ta’ tifħir għall-Maltija Haley Bugeja li ddebuttat fis-Serie A fl-Italja lbieraħ waqt il-partita Sassuolo – Napli. Hija qed tilgħab ma’ Sassuolo.

F’partita li xxandret ilbieraħ fuq SKY Sports wieħed seta’ jara lil Haley tiskurja żewġ gowls.

Fost il-kummenti ta’ awgurju li saru lil Hayley kien hemm dak tal-Ministru Julia Farrugia Portelli li kitbet li għalkemm personalment ma tafhiex lil Hayley, ninsabu kburin biha.

Ritratt: Facebook/JuliaFarrugiaPortelli

“Ta’ 16-il sena biss, Haley hija tassew ta’ eżempju għal kull min irid jirnexxi. Il-futbol tan-nisa lokali qed jagħmel passi kbar u b’dan aħna ferm kburin. Prosit tassew!” kitbet il-Minsitru Farrugia Portelli.