Haley Bugeja tikser rekord Ewropew

Lasha Kurpashvili (Georgia FA)

L-attakkanta Maltija Haley Bugeja kisret rekord meta Malta lagħbet kontra Georgia fis-26 ta’ Novembru.

Hija kienet l-iżgħar plejer li qatt skorjat tliet gowls fil-UEFA Women’s Championship, peress li kellha 16-il sena u 205 ġranet meta għamlet dan. Dan ġie kkonfermat mill-paġna uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija (MFA) fuq Facebook.

Haley kisret ir-rekord tal-Iskoċċiża Julie Fleeting li kien ilu mill-1997.

Malta lagħbet fil-Grupp B, u spiċċat il-grupp b’10 punti.

Haley Bugeja hija player ta’ Sassuolo u qed ikollha prestazzjonijiet mill-aqwa ma’ dan il-klabb Taljan. Hija ssieħbet mal-klabb Taljan fis-sajf li għadda wara li kienet tilgħab ma’ Mġarr United.