Haley Bugeja fuq il-faċċata ta’ rivista Taljana

L-Football
Haley Bugeja fuq il-faċċata ta' L-Football

Read in English.

L-isportiva Haley Bugeja tkompli tħalli marka fix-xena sportiva internazzjonali hekk kif issa qed tidher fuq il-faċċata tar-rivista L-Football dedikat kollu kemm hu għall-football tan-nisa.

F’intervista mill-ġurnalist Giuseppe Berardi hu jiddeskrivi lil Bugeja bħala “stilla li twieldet”. L-isportiva Maltija titkellem fuq il-mumenti importanti tal-bidu ta’ din il-karriera u l-ħolm li tixtieq li twettaq fil-futur.

Fl-istess edizzjoni hemm servizz dwar il-football tan-nisa f’Malta li beda fl-1955.

Ir-rivista, f’format diġitali, tista’ tinkiseb b’xejn billi wieħed jidħol f’dan il-link, jimla d-dettalji u jirċievi r-rivista b’dirett fl-emejl tiegħu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn