Haley Bugeja bl-ewwel gowl tagħha mat-tim nazzjonali

Gowl kmieni fit-tieni taqsima għen lit-tim Tork jikseb ir-rebħa kontra t-tim tan-nisa Malti bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet logħba ta’ ħbiberija u ntlagħbet ġewwa s-Centenary Stadium. Din kienet propju t-tieni logħba f’inqas minn ġimgħa li t-tim Malti lagħab.

Il-Maltin lagħbu kontra l-Isvizzera fl-ewwel logħba ta’ ħbiberija u rnexxielhom jispiċċaw il-logħba f’parità ta’ 2-2.

It-Turkija li hu kklassifikat bħala d-69 tim fost l-aqwa fid-dinja gawda minn aktar pussess tal-ballun. Min-naħa tal-Maltin, irnexxielhom tajjeb ħafna jwaqqfu lit-Torok milli jmorru fuq quddiem tard fl-ewwel taqsima.

Id-difiża Torka kienet dixxiplinata sew u l-Maltin sabuha diffiċli biex jgħaddu.

It-Torok skurjaw l-ewwel gowl wara 30 minuta grazzi gal Esra Erol. Iżda l-Maltija Haley Bugeja reġgħat daħħlet lill-Maltin fil-logħba bil-gowl ta’ parità. Għal Bugeja dan kien l-ewwel gowl tagħha għat-tim nazzjonali. Fil-65 minuta, it-Turkija għamlet użu mill-pressjoni li bdiet titfa’ fuq it-tim Malti u kisbu l-gowl tar-rebħa grazzi għal Kader Hancar.

Għat-tim Malti lagħbu: Janice Xuereb; Alishia Sultana, Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Jade Flask; Nicole Sciberras, Veronique Mifsud, Dorianne Theuma; Brenda Borg, Haley Bugeja, Ylenia Carabott.

Subs used: Charlene Zammit, Martina Borg, Sydney Schembri, Gabriella Zahra, Claudette Xuereb.