“Ħal Qormi kien dejjem f’qalb missieri” – Iben George Hyzler

F’Ħal Qormi ġie inawgurat xogħol ta’ tisbiħ fi Ġnien George Hyzler b’investiment ta’ €113,000.
Ix-xogħol ta’ tisbiħ kien jinkludi funtana u gazebo u kien iffinanzjat minn skema tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Il-ġnien ifakkar il-memorja ta’ George Hyzler li serva bħala Ministru kif ukoll bħala Aġent President ta’ Malta.
Waqt l-inawgurazzjoni li saret mis-Sindku Rosianne Cutajar, tkellem wieħed minn ulied George Hyzler, li fost l-oħrajn fakkar kemm Ħal Qormi kien dejjem għal qalb missieru.