Ħal Qormi jfakkar 80 sena mit-twaqqif ta’ kumpanija teatrali

F’Ħal Qormi nhar is-Sibt se ssir attività li tagħti ġieħ lill-palk Malti, inkluż lil kittieba u atturi Maltin.
L-attività, bl-isem Qormi Festa Palk, mill-kumpanija teatrali Anici u l-kunsill lokali, se ssir fis-7.30pm fis-sala tal-kulleġġ San Injazju Skola Primarja San Ġorġ.
Id-dettalji ngħataw mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, mis-sindku ta’ Ħal Qormi, Rosianne Cutajar, u mir-rappreżentant tal-Kumpanija Teatrali Anici, Georgette Micallef.
Din is-sena, il-kumpanija teatrali qed tfakkar it-80 anniversarju tagħha.