​Ħal Qormi bl-iktar plattini

Qormi C kienu r-rebbieħa tat-23 edizzjoni tal-isparatura annwali organizzata mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Huma rebħu b’total ta’ 197 plattina.
F’din l-edizzjoni, li saret fi tmiem il-ġimgħa li għadda f’Ħal Qormi, ħadu sehem 17-il tim fejn kull tiratur spara fuq 50 plattina.
Qormi B u Rabat/Mtaħleb ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
It-tiraturi individwali bl-aqwa skor kienu James Vassallo fl-ewwel post, Daniel Azzopardi fit-tieni post u Silvio Sammut fit-tielet post.