Ħal Kirkop jiġbor somma flus “mit-triq” għall-Inspire

€1,300 nġabru għall-Inspire f’attività fit-triq ta’ mużika tal-passat imtellgħa mir-raħal żgħir ta’ Ħal Kirkop.
Il-festival tal-mużika sar bil-ħidma u fuq inizjattiva tat-Taqsima Żgħażagħ tal-Għaqda Mużikali San Leonardu, u kien jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ DJ Alex Grech, DJ Ryan Spiteri u DJ Renato Vella.
Fi stqarrija l-Maniġer tal-Fundraising fi ħdan is-soċjetà qalet li l-konkorrenza u l-appoġġ muri f’din l-attività jfisser appoġġ akbar għall-għaqda.
Il-Fondazzjoni Inspire temmen fl-ugwaljanza u l-inklużjoni u taħdem biex tgħin lil kull persuna b’diżabilità biex tikseb dan.
Hija toffri servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ divertiment lil aktar minn 1,000 klijent li għandhom diżabilità u tassisti lill-familjari tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-programmi jiġu offruti mingħajr ħlas jew bi prezz sussidjat ħafna.
Ritratti: Pierre Balzia