Ħal Kirkop b’ċentru tas-saħħa ġdid

Ċentru saħħa Hal Kirkop

Minn nhar it-Tnejn, 28,000 persuna li joqgħodu fl-inħawi ta’ Ħal Luqa, Ħal Farruġ u l-madwar, se jkunu jistgħu jużaw s-servizzi taċ-ċentru tas-saħħa li se jkun qed jinfetaħ ġdid f’Ħal Kirkop. Il-familji se jkunu jistgħu jirċievu l-kura primarja tagħhom  bieb u għadba ‘l bogħod minn darhom.

Bis-saħħa ta’ dan, se jitħalla effett fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li se tonqoslu l-pressjoni fuqu u fuq l-istaff tiegħu. Il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne qal li s-sena d-dieħla, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru t’Għawdex se jkun qed jiġi inawgurat ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat Għawdex filwaqt li se jibdew xi xogħolijiet f’Paola Hub.