Ħal Far: Jissejħu l-Pulizija imma ma jsibu xejn

Il-Pulizija ssejħu fl-akwati ta’ Ħal Far minħabba argument bejn xi nies.
Uffiċjal tal-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-Pulizija rċeviet telefonata għall-ħabta tal-5.30pm li kienet tgħid li kien hemm argument bejn għadd ta’ persuni f’Ħal Far.
Irriżulta li l-Pulizija marru immedjatament fuq lejn Ħal Far iżda ma kienux jafu ż-żona preċiża. Għaldaqstant, wara li daru fl-akwati, ma sabu l-ebda argument li seta’ kien qed itellef il-paċi pubblika.
Siti tal-aħbarijiet oħrajn qed jirrappurtaw li żviluppa argument bejn grupp ta’ persuni qrib iċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Mhux eskluż li kien allarm falz.