Ħajjitha tfejjaq lill-pazjenti bil-kanċer; issa timrad hi

Infermiera li għamlet il-karriera tagħha tgħin lill-pazjenti bil-kanċer fl-Ingilterra rċeviet l-aħbar li hi stess mardet b’kanċer terminali.
Hi qed tappella sabiex kull min jista’ jgħinha biex tħallas għal trattament li jista’ jtawwlilha ħajjitha. 
Għaldaqstant, Laura Harris, l-omm ta’ 42 sena, qalulha li għandha kanċer f’imsarina fi stat avvanzat ħafna u għaldaqstant tawha biss tliet xhur oħra ħajja.
Harris iddeċidiet li tirritorna x-xogħol wara li rċeviet din l-aħbar, sabiex tkompli l-missjoni tagħha mal-pazjenti li bħalha huma morda bil-kanċer.
Hekk kif it-tobba qed jgħidulha li ż-żmien tagħha dejjem qed jonqos, il-mara qed tagħmel minn kollox sabiex tigwadanja kemm jista’ jkun żmien ma’ wliedha.
Hi qed tipprova tiġbor €23,000 għall-ewwel fażi ta’ trattament li jista’ jtawwlilha ħajjitha, u bosta huma dawk li bi ħġarhom qed jippruvaw jgħinu lill-mara tilħaq dan l-għan.
Dan hekk kif s’issa nġabru aktar minn €16,000 minn fuq paġna li bdew xi ħbieb u pazjenti tagħha fuq l-internet.